Dwarna

Iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti (ĊIM) twaqqaf fl-2023 bil-għan li jippromwovi u jippreserva l-ilsien Malti. Il-funzjoni ewlenija tiegħu hija li jservi ta’ organu amministrattiv, organizzattiv u operattiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Il-ħidma taċ-Ċentru tiffoka fuq il-promozzjoni u l-apprezzament tal-ilsien Malti f’Malta u lil hinn, tkabbar l-għarfien u l-użu tajjeb ta’ ilsienna, u twettaq proġetti f’dan ir-rigward. Dan permezz ta’ kollaborazzjonijiet, pubblikazzjonijiet u l-użu tal-internet u għodod diġitali.