Skip to content

Dikjarazzjoni tal-Aċċessibbiltà

Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-websajts uffiċjali tal-Ministeru u d-Dipartimenti u ġiet aġġornata l-aħħar fil-21 ta’ Settembru 2019.

STATUS TA’ KONFORMITÀ

Il-Ministeru huwaw impenjat li jagħmel is-servizzi onlajn tiegħu aċċessibbli għal kulħadd. Aħna ddedikati biex intejbu kontinwament l-aċċessibilità tas-servizzi tagħna. Dan nagħmluh billi naddottaw l-aħjar prattiki kif ikkomunikati mill-partijiet interessati bħall-FITA u l-utenti.

 

PROĊESS TA’ KONFORMITÀ

Il-websajts tagħna huma ddisinjati biex jaħdmu mal-aħħar web browsers bħal Edge, Safari, Firefox u Chrome browsers.

Bħala parti minn dan l-isforz, aħna nżommu mal-istandards ta’ aċċessibilità EN310549 u l-linji gwida WCAG2.1. Ir-riżorsi u l-formoli onlajn tagħna huma evalwati kemm manwalment kif ukoll programmatikament għall-konformità mal-linji gwida tal-Livell AA tad-WCAG2.1. Il-websajts tagħna huma ddisinjati biex jaħdmu tajjeb u jkunu aċċessibbli meta jiġu aċċessati bi prodotti ta’ hardware u software aġġornati kif xieraq.

Barra minn hekk nirrikonoxxu li l-osservanza tal-istandards u l-linji gwida, ma tistax waħedha tiżgura li prodott huwa aċċessibbli, aħna nwettqu wkoll evalwazzjonijiet tal-użabilità b’kollaborazzjoni mal-utenti, sabiex niġbru r-reazzjonijiet meħtieġa. Naħdmu wkoll biex nimplimentaww l-aċċessibilità għall-kanali ta’ informazzjoni li permezz ta’ pjattaformi oħra kull fejn hu possibbli, bħall-midja soċjali.

MIŻURI TA’ AĊĊESSIBBILTÀ

Il-websajts tagħna ma jiddependux fuq widgets tat-tipa, fonts u modifika fil-kulur. Dan għaliex funzjonalitajiet bħal dawn huma diġà integrati fil-biċċa l-kbira tal-web browsers jew huma disponibbli permezz ta ‘add-ons u plugins differenti li utenti differenti huma liberi li jippersonalizzaw għall-bżonnijiet tagħhom. Bħala riżultat, dawn l-adattamenti arbitrarji tal-utenti huma disponibbli għal ħafna mill-websajts, mhux biss għal dak tal-Ministeru tagħna. Sabiex inħallu dan il-livell ta’ adattament, aħna nfittxu li nimmassimizzaw il-kompatibilità ma’ dawn il-modifiki tal-utent.

Bħala parati minn u flimkien mal-linji gwida msemmija hawn fuq, il-websajts tagħna jimplimentaw il-karatteristiċi ta’ aċċessibilità li ġejjin:

  1.  Żomm ġerarkija ta’ Intestatura HTML konsistenti u tqassim ta’ informazzjoni fuq paġni tal-web differenti.
  2.  Kontenut ta’ informazzjoni huwa organizzat f’listi HTML kull fejn applikabbli.
  3.  L-ikona tal-Mouse tinbidel meta il-Pointer jitqiegħed fuq link permezz tal-funzjonalità tal-Browser.
  4.  Żid titolu tal-immaġni, alt tag u caption fejn din l-informazzjoni hija rilevanti u utli.
  5.  Immassimizza l-kuntrast tal-kulur għat-test fejn applikabbli.
  6.  It-test tal-link attwali huwa deskrittiv biżżejjed biex jinforma lill-utenti lejn fejn tindika l-link.
  7.  Implimenta l-links esterni kollha sabiex jinfetħu f’tabs tal-browser ġodda.

KONTENUT INAĊĊESSIBLI

Aħna maħniex konxji ta’ kontenut speċifiku inaċċessibbli jew kwistjonijiet ta’ aċċessibilità fuq il-websajts tagħna. Jekk tidentifika kontenut bħal dan, ġentilment għarrafna permezz tad-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti hawn taħt. Jekk tinqala’ tali istanza l-għan tagħna huwa li ninvestigaw il-kwistjoni bil-għan li nidentifikaw il-kwistjoni ta’ aċċessibilità u nġibu ż-żona affettwata f’konformità.

FEEDBACK U DETTALJI TA’ KUNTATT

Inevitabbilment, mhux dejjem se nagħmluha sewwa, iktar ma npoġġu servizzi u riżorsi online, iktar ikun probabbli li nitiflu xi problemi, imma nibqgħu impenjati li nindirizzaw kwalunkwe kwistjoni ta’ aċċess fil-pront. U huwa hawn fejn nixtiequ l-għajnuna tiegħek. Jekk ikollok xi diffikultajiet fl-aċċess għall-websajts tagħna, jew ikollok problemi biex tuża kwalunkwe aspett tal-websajt, nixtiequ li tgħarrafna

Tista’ tikkuntattjana hawn: [email protected]

Ilsien Malti
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.